Traduzzjonijiet speċjalizzati għal aġenziji governattivi, industrijali,
kummerċjali u tat-traduzzjoni u għal individwi privati

L-internazzjonalizzazzjoni tal-komunikazzjonijiet tiegħek hija neċessità strateġika għall-professjonisti, l-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, u n-negozji kbar u żgħar kollha. Aħna noffrulek servizz ta’ traduzzjoni komprensiv li jkopri kollox.

Aħna kumpanija żagħżugħa u dinamika b’uffiċċji f’diversi pajjiżi madwar l-Ewropa. Aħna affidabbli u professjonali u nieħdu ħsieb varjetà ta’ klijenti internazzjonali ta’ livell għoli.

Nallokaw esperjenza vasta u naħdmu b’mod metikoluż f’kull dokument li nittraduċu. Se jogħġbuk l-entużjażmu u l-passjoni li għandna biex kull dettall ikun perfett!

Bħala kumpanija etika, niżguraw l-aqwa kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persunal tagħna, u għandna impenn biex niffrankaw l-enerġija, noperaw b’mod sostenibbli, u nieħdu ħsieb l-ambjent.

Traduzzjonijiet onlajn professjonali tekniċi, xjentifiċi, legali, kummerċjali, tal-isports u dwar l-inbid, servizzi ta’ traskrizzjoni, u lokalizzazzjoni tas-siti web u softwer. Sir af iktar dwar is-servizzi kollha tagħna!

WINE TRANSLATIONS

TRADUZZJONIJIET DWAR L-INBID

L-inbid ma jżommx sigrieti. Permezz tat-tim tat-tradutturi tagħna speċjalizzati fl-enoloġija, il-vitikultura, il-bijoloġija u l-liġi, noffru servizzi professjonali għall-ikbar organizzazzjonijiet tal-inbid. Aħna nipprovdu traduzzjonijiet affidabbli, xjentifiċi u tekniċi ta’ kwalità għolja, kif ukoll testi ta’ kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni għal produtturi u distributuri, kbar u żgħar. Mid-dielja sat-tazza, Traducendo hija s-sieħba perfetta tiegħek!

Legal translations

TRADUZZJONIJIET LEGALI U TAL- ASSIGURAZZJONI

Aħna naħdmu ma’ prattiċi legali, klijenti privati, organizzazzjonijiet u qrati f'diversi pajjiżi Ewropej, u nipprovdu servizzi ta' traduzzjoni ta’ taħrik, kawżi, sentenzi, inġunzjonijiet, ittri rogatorji, dokumenti ta’ titoli, ċitazzjonijiet, proċeduri tal-qorti, prokuri, u ċertifikati. Aħna noffru appoġġ lingwistiku fl-oqsma legali, kummerċjali, ta’ assigurazzjoni u finanzjarji bit-traduzzjoni ta’ privattivi, karti korporattivi, dikjarazzjonijiet finanzjarji, kuntratti u rapporti. Nieħdu pjaċir ngħinuk.

SCIENTIFIC AND TECHNICAL TRANSLATIONS

TRADUZZJONIJIET XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

Għandna esperjenza vasta fis-settur il-ġdid tat-teknoloġija applikata tal-ġenetika, il-bijoloġija, il-kimika, l-agronomija u l-produzzjoni tal-enerġija sostenibbli. Minn bijoarkitettura sa rziezet solari u minn sistemi ta’ sigurtà sa awtomazzjoni, Traducendo tipprovdi traduzzjoni xjentifika u teknika. It-tradutturi speċjalizzati tagħna jipproduċu traduzzjonijiet impekkabbli ta’ manwali tekniċi, pjanijiet, standards industrijali u dokumentazzjoni għal sejħiet għall-offerti.

SPORTS AND FOOTBALL TRANSLATIONS

TRADUZZJONIJIET TAL-ISPORTS U L-FUTBOL

L-isports għandu s-setgħa li jittraxxendi l-fruntieri kollha; aħna nneħħu l-ostakli lingwistiċi, filwaqt li nappoġġjaw organizzazzjonijiet sportivi ta’ dilettanti u professjonisti madwar l-Ewropa kollha u naħdmu ma’ federazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali ewlenin. Minn tekniki ta’ taħriġ sa dokumenti legali u mediċi, minn komunikazzjonijiet korporattivi sa siti web u apps (IOS u Android), traduzzjoni ta’ Traducendo dejjem tkun rebbieħa.

 

Nużaw biss tradutturi professjonali li jitkellmu l-lingwa nattiva, żgħażagħ b’entużjażmu u esperjenza konsiderevoli. Nipprovdulhom firxa vasta ta’ għodod speċifiċi għal kull settur u pjattaforma multimedjali onlajn għall-iskambju u l-qsim ta’ riżorsi, informazzjoni u pariri. Ma nużawx intermedjarji.

Il-komunikazzjoni tajba mhix l-unika għodda ewlenija fix-xogħol tagħna; hemm ukoll ir-riżultat li għandu jintlaħaq biex jiġu sodisfatti il-klijenti bl-iktar standards għoljin. Wara kollox, it-traduzzjoni hija komunikazzjoni. Din hija r-raġuni għaliex naħdmu dejjem mill-qrib mat-tradutturi u l-klijenti tagħna, billi nneħħu kull ostaklu u niżguraw kwalità eċċellenti għal prezz modest.

Il-komunikazzjoni sseħħ meta l-messaġġ jingħata b’emozzjoni, ukoll.
(Henri Bergson)

Aħna nassiguraw l-ogħla standards professjonali permezz ta’ proċess ta’ reviżjoni tat-test metikoluż u kontrolli tal-kwalità tat-traduzzjoni fil-livelli kollha.

Għal dak il-għan, nużaw biss l-aqwa għodod ta’ softwer u riżorsi disponibbli, li jippermettulna nżommu t-terminoloġija konsistenti, sabiex niżguraw konsenja rapida, u noffru skontijiet attraenti għal proġetti fuq skala kbira.

Imla din il-formola biex titlob stima mingħajr ħlas (fajl wieħed kull darba ta' mhux iktar minn 10MB), jew ibgħatilna email fuq traducendo@traducendo.net
Nirrisponduk wara sagħtejn.










 
Traducendo attach
Tella' l-file...





Company ecofriendly Is-sostenibbiltà ambjentali hija xi ħaġa li Traducendo tagħtiha importanza kbira. Il-konsum tagħna tal-karti naqqasnih għall-minimu indispensabbli;
nużaw apparat effiċjenti fl-enerġija; u s-sistemi ta’ skedar tagħna huma kompletament diġitalizzati. Apparti hekk, inpattu għall-emissjonijiet tas-CO2 tagħna ta’ kull sena billi ninvestu fi tħawwil tas-siġar f’żoni li jinsabu f’riskju ambjentali. Għinna nipproteġu l-pjaneta!